Kawża T-241/18: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2018 – Bruno vs Il-Kummissjoni
C2312018MT2920120180418MT0037292302
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2018 – Bruno vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-241/18)2018/C 231/37Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Luigi Bruno (Woluwé-Saint-Pierre, il-Belġju) (rappreżentant: N. De Montigny, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrentjitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara li d-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-Setgħa Tikkonkludi Kuntratti tal-4 ta’ Lulju 2017 hija annullata;
—
tiddikjara, sa fejn meħtieġ, li d-deċiżjoni espliċità ta’ ċaħda tal-ilment tat-18 ta’ Jannar 2018 hija annullata;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Kummissjoni Ewropea fl-applikazzjoni tal-Artikoli 11(1), u 12(1) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn, permezz tad-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni ċaħdet it-talba tar-rikorrent li tagħtih il-benefiċċju tal-allowance għall-firda prevista fl-Artikolu 12(2) tal-imsemmi anness, billi imponietlu, min-naħa l-oħra, l-applikazzjoni tal-Artikolu 11(1) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, li ma huwiex applikabbli għall-każ tiegħu.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità sa fejn id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal imsemmija iktar ’il fuq jiksru l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba l-eżistenza ta’ lakuna leġiżlattiva.
Full & Egal Universal Law Academy