Kawża T-242/18: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2018 – VV vs Il-Kummissjoni
C2312018MT3010120180418MT0038301312
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2018 – VV vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-242/18)2018/C 231/38Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: VV (rappreżentant: F. Moyse, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Ġunju 2017 u, sa fejn ikun meħtieġ, l-att ta’ ċaħda tal-ilment tar-rikorrent tat-18 ta’ Jannar 2018;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla fil-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/322/16 – Amministraturi fil-qasam tal-awditjar (AD 5/AD 7) (ĠU 2016, C 171A, p. 1), li tirrfjuta l-ammissjoni tar-rikorrent għal dik il-kompetizzjoni, sakemm ma jiġġustifikax diploma universitarju li jikkorrispondi għal studji universitarji lesti ta’ mill-inqas tliet snin fl-oqsma indikati fl-avviż ta’ dik il-kompetizzjoni.
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Bord tal-Għażla fl-evalwazzjoni tal-informazzjoni li tinsab fl-ewwel applikazzjoni tar-rikorrent. Il-Bord kien kiser l-avviż tal-kompetizzjoni meta qis li r-rikorrent ma kellux livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji lesti ta’ mill-inqas tliet snin iċċertifikati b’diploma, li kien neċessarju sabiex jiġi ammess għall-kompetizzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy