Kawża T-243/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2018 – VW vs Il-Kummissjoni
C2312018MT3110120180420MT0039311311
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2018 – VW vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-243/18)2018/C 231/39Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: VW (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-26 ta’ Ġunju 2017;
—
sa fejn ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-ilment datata 19 ta’ Jannar 2018;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv, imqajjem b’mod prinċipali, ibbażat fuq l-eċċezzjoni ta’ illegalità fir-rigward tal-Artikolu 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal peress li dan jikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit fl-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll fl-Artikolu 52 tal-imsemmija Karta.
2.
It-tieni motiv, imqajjem b’mod sussidjarju, fil-każ li r-rikorrent ma għandux ikun jista’ jibbenefika mill-Artikolu 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, ibbażat fuq l-iżball ta’ liġi mwettaq mill-istituzzjoni konvenuta fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 27 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal u, b’mod iktar sussidjarju, jekk wieħed jassumi li ma hemm l-ebda żball ta’ liġi, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit b’mod partikolari fl-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tal-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 52 tal-imsemmija Karta.
Full & Egal Universal Law Academy