Kawża T-244/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2018 – Synergy Hellas vs Il-Kummissjoni
C2312018MT3120120180420MT0040312322
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2018 – Synergy Hellas vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-244/18)2018/C 231/40Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: d.d. Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: K. Damis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tilqa’ bħala ammissibbli r-rikors;
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2018) 1115 final tad-19 ta’ Frar 2018 dwar l-irkupru tas-somma ta’ EUR 76282,08, flimkien mal-interessi, minn “d.d.Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis”, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 85 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) 2345/2002 ( 1 ):
—
huwa kuntrarju għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu r-rifjut tal-Kummissjoni li tilqa’ t-talba leġittima għal proroga tat-terminu ta’ ħlas, anki jekk 73 % tal-kapital kien ġà ġie rrimborsat, bl-interessi kollha, u saret ukoll il-garanzija mitluba mill-Kummissjoni għall-ammont kollu inizjalment dovut flimkien mal-interessi;
—
hija infodata l-motivazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-legalità sostantzjali tal-att ikkontestat;
—
il-Kummissjoni naqset mill-obbligu tagħha li tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni kkontestata.
2
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur u/jew fuq l-abbuż tas-setgħa diskrezzjonali u fuq ksur tal-prinċipju ta’ “amministrazzjoni tajba”.
—
il-Kummissjoni qabżet il-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħha meta adottat id-deċiżjoni kkontestata u injorat id-data essenzjali li ppreżentatilha r-rikorrenti u adottat soluzzjonijiet li jistgħu jwasslu sabiex din tal-aħħar tispiċċa.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità
—
id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex miżura neċessarja sabiex jintlaħaq l-għan imfittex, peress li r-rikorrenti tibqa’ tħallas, timponi piż sproporzjonat fuq din tal-aħħar u thedded l-eżistenza tagħha stess.
( 1 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145).
Full & Egal Universal Law Academy