Kawża T-249/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Saab Halabi vs Il-Kunsill
C2002018MT5010120180416MT0064501501
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Saab Halabi vs Il-Kunsill
(Kawża T-249/18)2018/C 200/64Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Tarek William Saab Halabi (il-Venezwela) (rappreżentanti: L. Giuliano u F. Di Gianni, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/90 tat-22 ta’ Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/88 tat-22 ta’ Jannar 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħhom jirrigwardaw lir-rikorrent; u
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-drittijiet tiegħu ta’ difiża u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva billi ma tahx aċċess għall-provi li allegatament isostnu l-inklużjoni tiegħu fil-lista fi żmien raġonevoli.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill ma ġabx prova tal-eżistenza tal-kundizzjonijiet għall-inklużjoni tiegħu fil-lista u wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn ma weriex li, fir-rwol tiegħu ta’ Avukat Ġenerali u fir-rwoli preċedenti ta’ Ombudsman u ta’ President tal-Kunsill Morali Repubblikan, ir-rikorrent ippreġudika d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela.
Full & Egal Universal Law Academy