Kawża T-250/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2018 – RATP vs Il-Kummissjoni
C2312018MT3210120180423MT0041321332
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2018 – RATP vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-250/18)2018/C 231/41Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Régie autonome des transports parisiens (RATP) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery, P. Delelis u C. Lavin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Marzu 2018 intiża li tawtorizza l-aċċess parzjali għal dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni;
—
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll l-Artikolu 339 TFUE.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy