Kawża T-252/18: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2018 – European Anglers Alliance vs Il-Kunsill
C2402018MT4810120180422MT0055481481
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2018 – European Anglers Alliance vs Il-Kunsill
(Kawża T-252/18)2018/C 240/55Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: European Anglers Alliance (Offenbach am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: L.-B. Buchman, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tirrikonoxxi l-interess ġuridiku ta’ European Anglers Alliance;
—
tannulla d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(4) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta’ Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU 2018, L 27, p. 1), peress li:
—
dawn joħolqu bejn ċittadini tal-Unjoni Ewropea diskriminazzjoni mhux iġġustifikata fid-dawl tal-għan imfittex minn dawn id-dispożizzjonijiet u jiksru l-prinċipju ta’ ugwaljanza;
—
l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qabeż il-marġni diskrezzjonali tiegħu meta ma straħ fuq l-ebda data oġġettiva fuq il-qbid permezz tas-sajd rekreattiv fil-baħar mill-istokk tal-ispnott;
—
dawn jiksru l-prinċipju ta’ proporzjonalità u ma josservawx l-Artikolu 17 tal-Politika komuni tas-sajd sa fejn il-piż ekonomiku u soċjologiku tas-sajd rekreattiv fil-baħar manifestament ma ttiħidx inkunsiderazzjoni.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, sa fejn id-dispożizzjonijiet ikkontestati tar-Regolament (UE) 2018/120 joħolqu diskriminazzjoni mhux iġġustifikata bejn ċittadini Ewropej fid-dawl tal-għan imfittex, kif ukoll bejn is-sajjieda rekreattivi u s-sajd industrijali.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill qabeż il-marġni diskrezzjonali tiegħu.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
Full & Egal Universal Law Academy