Kawża T-253/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2018 – VY vs Il-Kummissjoni
C2402018MT4820120180423MT0056482492
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2018 – VY vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-253/18)2018/C 240/56Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: VY (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tiddikjara u tiddeċiedi li,
—
id-deċiżjoni li taħtar lil [kunfidenzjali] ( 1 ) fil-pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni tad-Diviżjoni [kunfidenzjali] lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Ġappun u dik li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent jiġu annullati;
—
il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll tal-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal.
( 1 ) Informazzjoni kunfidenzjali redatta.
Full & Egal Universal Law Academy