Kawża T-255/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2018 – US vs BĊE
C2312018MT3310120180423MT0042331342
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2018 – US vs BĊE
(Kawża T-255/18)2018/C 231/42Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: US (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;
konsegwentement:
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ konverżjoni tal-kuntratt tar-rikorrent, tat-13 ta’ Ġunju 2017;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tal-11 ta’ Ottubru 2017 li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid amministrattiv (“administrative review”) tar-rikorrent tal-11 ta’ Awwissu 2017;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tat-13 ta’ Frar 2018, innotifikata lir-rikorrent fl-istemm jum, li tiċħad l-ilment tiegħu (“grievance procedure”) imressaq fis-7 ta’ Diċembru 2017;
—
tordna l-għoti ta’ kumpens għad-danni subiti;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità fir-rigward tal-Politika ta’ konverżjoni, sa fejn din tikser l-Artikolu 10(c) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg u l-Artikolu 2.0 tar-Regoli Applikabbli għall-Persunal u ttieħdet bi ksur tal-ġerarkija tar-regoli.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità, sa fejn l-Artikolu 10(c) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg u l-Artikolu 2.0 tar-Regoli Applikabbli għall-Persunal jiksru d-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP u l-premessa 6 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità tal-linji gwida tal-Annual Salary and Bonus Review (ASBR), sa fejn dawn tal-aħħar jiksru l-obbligu ta’ motivazzjoni u l-prinċipju ta’ ċertezza legali.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, fir-rigward, l-ewwel nett, tal-iskali ta’ salarju mogħtija lir-rikorrent, it-tieni nett, tal-“iżvilupp kontinwu” tiegħu u, it-tielet nett, taż-żamma tal-bżonnijiet tal-impriża (“business needs”) għall-konoxxenzi, kompetenzi u kompetenzi speċifiċi tar-rikorrent.
Full & Egal Universal Law Academy