Kawża T-256/18: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2018 – Arezzo Indústria e Comércio vs EUIPO (SCHUTZ)
C2312018MT3410120180424MT0043341352
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2018 – Arezzo Indústria e Comércio vs EUIPO (SCHUTZ)
(Kawża T-256/18)2018/C 231/43Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Arezzo Indústria e Comércio SA (Belo Horizonte, il-Brażil) (rappreżentanti: A. Sebastião u J. Pimenta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali “SCHUTZ” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 723 265
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 661/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 7(1)(a) u (b), u (2) tar-Regolament 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy