Kawża T-261/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2018 – Roxtec vs EUIPO – Wallmax (Rappreżentazzjoni ta’ kwadru iswed li jinkludi seba’ ċrieki konċentriċi)
C2312018MT3510120180426MT0044351351
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2018 – Roxtec vs EUIPO – Wallmax (Rappreżentazzjoni ta’ kwadru iswed li jinkludi seba’ ċrieki konċentriċi)
(Kawża T-261/18)2018/C 231/44Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Roxtec AB (Karlskrona, l-Iżvezja) (rappreżentanti: J. Olsson u J. Adamsson, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wallmax Srl (Milano, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta kwadru iswed li jinkludi seba’ ċrieki konċentriċi – Trade mark tal-Unjoni Nru 14 338 735
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 940/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti kemm fil-proċeduri odjerni kif ukoll fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(e)(ii) tar-Regolament Nru 2017/1001;
Full & Egal Universal Law Academy