Kawża T-264/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2018 – Gruppo Armonie vs EUIPO (mo.da)
C2212018MT3610120180427MT0042361361
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2018 – Gruppo Armonie vs EUIPO (mo.da)
(Kawża T-264/18)2018/C 221/42Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Gruppo Armonie SpA (Casalgrande, l-Italja) (rappreżentant: G. Medri, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “mo.da” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 430 035
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 2065/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy