Kawża T-265/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2018 – Biernacka-Hoba vs EUIPO – Formata Bogusław Hoba (Formata)
C2312018MT3610120180427MT0046361372
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2018 – Biernacka-Hoba vs EUIPO – Formata Bogusław Hoba (Formata)
(Kawża T-265/18)2018/C 231/46Lingwa tar-rikors: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ilona Biernacka-Hoba (Aleksandrów Łódzki, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Formata Bogusław Hoba (Aleksandrów Łódzki, il-Polonja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “Formata” – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 529 427
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-14 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 2032/2017-4.
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara r-rikors fondat;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ċaħdet it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark “Formata” Nru 011529427;
—
tirriforma d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ċaħdet id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark “Formata” Nru 011529427;
—
tirriforma d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonċerna l-ispejjeż;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
Konklużjoni żbaljata fl-assenza ta’ provi suffiċjenti tal-eżistenza ta’ dritt preċedenti
Full & Egal Universal Law Academy