Kawża T-272/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2018 – EBM Technologies vs EUIPO (MobiPACS)
C2212018MT3620120180427MT0043362372
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2018 – EBM Technologies vs EUIPO (MobiPACS)
(Kawża T-272/18)2018/C 221/43Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: EBM Technologies (Tajpei, it-Tajwan) (rappreżentanti: J. Liesegang, M. Jost, N. Lang, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “MobiPACS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 400 061
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 2145/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 42(1) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy