Kawża T-273/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2018 – Bernaldo de Quirós vs Il-Kummissjoni
C2402018MT5110120180430MT0059511511
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2018 – Bernaldo de Quirós vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-273/18)2018/C 240/59Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Belén Bernaldo de Quirós (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara dan ir-rikors bħala ammissibbli u fondat;
konsegwentement,
—
tannulla d-deċiżjoni tas-6 ta’ Lulju 2017;
—
tiddikjara l-annullament, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjoni tal-31 ta’ Jannar 2017 ta’ ċaħda tal-ilment;
—
tordna l-kumpens għad-danni morali tar-rikorrenti li jirriżultaw minn dawn id-deċiżjonijiet, stmati, pjuttost simbolikament, fis-somma ta’ EUR 1;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-mandat mogħti lill-Uffiċċju tal-Investigazzjoni u d-Dixxiplina fir-rigward tal-investigazzjoni amministrattiva kontra r-rikorrenti, kif ukoll il-ksur tal-prinċipji tal-imparzjalità u ta’ amministrazzjoni tajba.
2.
It-tieni motiv ibbażat, minn naħa, fuq il-ksur tal-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża u ksur tal-Artikolu 3 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, u, min-naħa l-oħra, fuq ksur tal-prinċipju ta’ oppurtunitajiet ugwali għall-partijiet waqt is-smigħ tar-rikorrenti abbażi tal-Artikolu 22 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy