Kawża T-274/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2018 – Klymenko vs Il-Kunsill
C2492018MT3520120180430MT0045352362
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2018 – Klymenko vs Il-Kunsill
(Kawża T-274/18)2018/C 249/45Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Klymenko (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: M. Phelippeau, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara li r-rikors ta’ Oleksandr Viktorovych Klymenko huwa ammissibbli;
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna;
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/326 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż b’applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti tal-atti kkontestati.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal rimedju effettiv iggarantiti permezz tal-prinċipji fundamentali tad-dritt Ewropew, b’mod partikolari l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali sa fejn l-Artikolu 29 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea ma jistax ikun il-bażi legali tal-miżura restrittiva meħuda kontra O. V. Klymenko.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-eżistenza ta’ żball ta’ liġi, sa fejn O. V. Klymenko jġib provi li juru l-assenza ta’ bażi fattwali suffiċjenti sabiex jitressqu kwalunkwe proċeduri kriminali.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt fundamentali għar-rispett tal-proprjetà, prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni protett permezz tal-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u permezz tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.
Full & Egal Universal Law Academy