Kawża T-278/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – Nemius Group vs EUIPO (DENTALDISK)
C2212018MT3710120180504MT0044371371
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – Nemius Group vs EUIPO (DENTALDISK)
(Kawża T-278/18)2018/C 221/44Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Nemius Group GmbH (Obertshausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Bildhäuser, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “DENTALDISK” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 804 204
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 741/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn l-Uffiċċju ċaħad ir-resġistrazzjoni għall-klassijiet 10 u 35, klassijiet li għalihom ir-reġistrazzjoni għandha wkoll tiġi ppubblikata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Full & Egal Universal Law Academy