Kawża T-284/18: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 – Arbuzov vs Il-Kunsill
C2492018MT3610120180503MT0046361372
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 – Arbuzov vs Il-Kunsill
(Kawża T-284/18)2018/C 249/46Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrent: Sergej Arbuzov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Mleziva, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, sa fejn tikkonċerna lil Sergej Arbuzov.
—
tiddikjara li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u tikkundannah għall-ispejjeż sostnuti minn Sergej Arbuzov.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba.
—
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni, inter alia, li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ma kienx diliġenti biżżejjed u ma tax attenzjoni biżżejjed fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018, u dan peress li qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma indirizzax l-argumenti tar-rikorrent u l-provi li kien ressaq li jimmilitaw favur dan tal-aħħar, u huwa bbaża dik id-deċiżjoni primarjament fuq is-sunt qasir tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Ukraina u ma talab ebda informazzjoni addizzjonali dwar l-iżvolġiment tal-investigazzjonijiet fl-Ukraina.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrent.
—
F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-miżuri restrittivi li ttieħdu kontrih huma sproporzjonati, imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju u jammontaw għal ksur tal-garanziji tad-dritt internazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrent.
Full & Egal Universal Law Academy