Kawża T-286/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2018 – Azarov vs Il-Kunsill
C2402018MT5210120180507MT0060521521
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2018 – Azarov vs Il-Kunsill
(Kawża T-286/18)2018/C 240/60Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Mykola Yanovych Azarov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: A. Egger u G. Lansky, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla, konformement mal-Artikolu 263 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2018, L 63, p. 48) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2018/326 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2018, L 63, p. 5);
—
tadotta miżuri speċifiċi ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, konformement mal-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura, konformement mal-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità
Ir-rikorrent isostni li l-miżuri restrittivi, li diġà ġew ordnati għall-ħames darba, huma manifestament sproporzjonati.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.
Ir-rikorrent isostni li l-Kunsill ma għandux bażi fattwali suffiċjentement solida meħtieġa mill-ġurisprudenza sabiex jiddeċiedi li jestendi l-miżuri restrittivi.
Full & Egal Universal Law Academy