Kawża T-287/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – M. I. Industries vs EUIPO – Natural Instinct (Nature’s Variety Instinct)
C2312018MT4210120180504MT0054421421
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – M. I. Industries vs EUIPO – Natural Instinct (Nature’s Variety Instinct)
(Kawża T-287/18)2018/C 231/54Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: M. I. Industries, Inc. (Lincoln, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Montañá Mora, S. Sebe Marin, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Natural Instinct Ltd (Camberley, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Nature’s Variety Instinct – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 290 647
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 1659/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, lill-opponent, għall-ħlas in solidum tal-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy