Kawża T-291/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2018 – Biedermann Technologies vs EUIPO (Compliant Constructs)
C2312018MT4510120180507MT0057451451
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2018 – Biedermann Technologies vs EUIPO (Compliant Constructs)
(Kawża T-291/18)2018/C 231/57Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Biedermann Technologies GmbH & Co. KG (Donaueschingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Jacob, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Compliant Constructs” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 125 461
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 1626/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tordna r-reġistrazzjoni;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy