Kawża T-293/18: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2018 – Ir-Repubblika tal-Latvja vs Il-Kummissjoni
C2402018MT5220120180510MT0061522532
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2018 – Ir-Repubblika tal-Latvja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-293/18)2018/C 240/61Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: I. Kucina u V. Soņeca)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla l-ittra Nru C(2018) 1418 finali tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Marzu 2018, li biha l-Kummissjoni addottat pożizzjoni, u ordnat lill-Kummissjoni tadotta pożizzjoni li ma kinitx tiġġenera effetti legali sfavoreli għal-Latvja;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-Repubblika tal-Latvja ssostni li, bl-adozzjoni tal-pożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni mhux biss kisret l-Artikolu 263 TFUE, billi pproduċiet effetti legali sfavorevoli għal-Latvja, iżda kisret ukoll l-Artikolu 17(1) TUE, moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(d), l-Artikolu 38 u l-Artikolu 335 TFUE, li jobbligaw lill-Kummissjoni tiżgura li n-Norveġja tapplika b’mod korrett l-impenji li hija daħlet għalihom skont it-Trattat ta’ Pariġi ( 1 ) dwar id-dritt tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għal aċċes mhux diskriminatorju għas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Svalbard.
( 1 ) Trattat li jikkonċerna s-Spitzberg, iffirmat fid-9 ta’ Frar 1920 f’Pariġi bejn in-Norveġja, l-Istati Uniti tal-Amerika, id-Danimarka, Franza, l-Italja, il-Ġappun, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Gran Brittanja u l-Irlanda, u t-territorji Brittaniċi lil hinn mill-ibħra territorjali i l-Isvezja. Disponibbli fuq:
Full & Egal Universal Law Academy