Kawża T-296/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2018 – Polskie Linie Lotnicze “LOT” vs Il-Kummissjoni
C2312018MT4520120180507MT0058452462
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2018 – Polskie Linie Lotnicze “LOT” vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-296/18)2018/C 231/58Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Polskie Linie Lotnicze “LOT” S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Jeżewski, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, sa fejn il-kundizzjonijiet għal kunsens jikkonċernaw konċentrazzjoni bejn l-impriżi u jirregolaw, direttament jew indirettament, l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat, u d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tagħhom, li jinkludu, b’mod partikolari, l-Artikolu 6(1)(b), l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 139/2004, billi naqset milli twettaq evawazzjoni sħiħa tal-effetti negattivi tal-konċentrazzjoni fuq il-kompetizzjoni, inkluż evalwazzjoni tal-effetti tal-konċentrazzjoni fuq is-swieq rilevanti stabbiliti abbażi tal-mudell O & D. Evalwazzjoni tal-konċentrazzjoni abbażi tal-mudell O & D madankollu turi sensiela ta’ distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni kkawżati minħabba din il-konċentrazzjoni.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni evalwat b’mod żbaljat l-effetti tal-konċentrazzjoni fuq il-kapaċità li jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport bl-ajru ta’ passiġġieri u għalhekk wettqet żball gravi u manifest fl-evalwazzjoni tal-konċentrazzjoni. Eżami analitiku tal-konċentrazzjoni mwettaq korrettament kellu jwassal għall-konklużjoni li l-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni jkollha ċertu numru ta’ effetti antikompetittivi, fost l-oħrajn il-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti ta’ Lufthansa f’ċerti ajruporti.
3.
Il-Kummissjoni kisret ir-Regolament Nru 95/93, peress li kisret il-prinċipji ta’ newtralità, ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni fir-rigward tal-allokazzjoni ta’ slottijiet f’ajruporti partikolari.
4.
Il-Kummissjoni kisret il-linji gwida dwar l-evalwazzjoni tal-konċentrazzjonijiet orizzontali billi naqset milli teżamina jekk l-allegati vantaġġi fl-effiċjenza dovuti għat-tranżazzjoni jpaċux l-effetti negattivi tagħhom fuq il-kompetizzjoni.
5.
Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret id-dispożizzjonijiet tat-Trattat u d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tagħhom, peress li imponiet obbligi fuq Lufthansa li ma jpaċux id-distorsjoni tal-kompetizzjoni sinjifikattiva kkawżata minħabba t-tranżazzjoni.
6.
Il-Kummissjoni kisret id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, fosthom l-Artikolu 107(1) TFUE, kif ukoll id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tagħhom, billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni d-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern ikkawżata mit-tranżazzjoni fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Air Berlin.
7.
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 296 TFUE billi naqset milli tipprovdi motivazzjoni suffiċjenti għad-deċiżjoni tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy