Kawża T-304/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2018 – MLPS vs Il-Kummissjoni
C2592018MT4210120180508MT0057421432
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2018 – MLPS vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-304/18)2018/C 259/57Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Mouvement pour la liberté de la protection sociale (MLPS) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Gibaud, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tikkonstata u tiddeċiedi dwar in-nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea li tieħu azzjoni, billi astjeniet illegalment milli tkompli tittratta l-ilment tal-assoċjazzjoni Mouvement pour la liberté de la protection sociale (MLPS) tal-21 ta’ Diċembru 2017;
—
tannulla minnufih id-deċiżjoni tas-7 ta’ Marzu 2018 tal-Kummissjoni Ewropea li tirrifjuta milli tittratta l-ilment tal-assoċjazzjoni Mouvement pour la liberté de la protection sociale (MLPS) tal-21 ta’ Diċembru 2017;
—
tiddeċiedi skont id-dritt għal dak li jirrigwarda l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat, b’mod partikolari, fuq evalwazzjoni żbaljata tad-deċiżjoni kkontestata li tgħid li l-iskemi Franċiżi ta’ siġurtà soċjali jistgħu jiġu kklassifikati bħala “skema legali ta’ siġurtà soċjali” minkejja li dawn bl-ebda mod ma huma skemi intiżi għall-popolazzjoni kollha, lanqas għall-popolazzjoni attiva kollha, iżda skemi li jiġbru l-ħaddiema skont l-istatus professjonali tagħhom li għalihom għalhekk għandhom japplikaw id-Direttivi 92/49/KEE u 92/96/KEE.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ uniformità ġuridika, sa fejn Franza hija f’sitwazzjoni strettament simili għal dik tas-Slovakkja, li fir-rigward tagħha il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li “l-attività ta’ provvista ta’ assigurazzjoni obbligatorja għall-mard fis-Slovakkja għandha, fid-dawl tal-iskop ta’ lukru mfittex mill-kumpanniji ta’ assigurazzjoni għall-mard u tal-eżistenza ta’ kompetizzjoni qawwija fuq il-kwalità u fuq il-provvista ta’ servizzi, natura ekonomika” (sentenza tal-5 ta’ Frar 2018, Dôvera zdravotná poist’ovňa vs Il-Kummissjoni, T-216/15, mhux ippubblikata, EU:T:2018:64, punt 68). Skont ir-rikorrenti, ma jistax għalhekk jiġi deċiż b’mod differenti fil-konfront ta’ Franza.
Full & Egal Universal Law Academy