Kawża T-305/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2018 – Klyuyev vs Il-Kunsill
C2402018MT5410120180516MT0063541541
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2018 – Klyuyev vs Il-Kunsill
(Kawża T-305/18)2018/C 240/63Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Andriy Klyuyev (Donetsk, l-Ukrajna) (rappreżentanti: B. Kennelly, QC, J. Pobjoy, Barrister, R Gherson u T. Garner, Solicitors)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2018, L 63, p. 48), u
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/326 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2018, L 63, p. 5),
sa fejn dawn il-miżuri jikkonċernaw lir-rikorrent.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill wettaq żbalji ta’ evalwazzjoni meta kkunsidra li l-kriterju għall-inklużjoni tar-rikorrent fl-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata u fl-Artikolu 3(1) tar-regolament ikkontestat huwa ssodisfatt.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tar-rikorrent skont l-Artikolu 6, moqri flimkien mal-Artikoli 2 u 3 TUE, u l-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea minħabba li l-Kunsill assuma li t-trattament tar-rikorrent fl-Ukraina huwa konformi mad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent u d-dritt għal amministrazzjoni tajba u protezzjoni ġudizzjarja effettiva.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser, mingħajr ġustifikazzjoni jew proporzjon, id-drittijiet tar-rikorrent għal proprjetà u reputazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy