Kawża T-306/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2018 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni
C2682018MT3910120180516MT0048391402
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2018 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-306/18)2018/C 268/48Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: M.Z. Fehér, G. Koós u G. Tornyai, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/262 tal-14 ta’ Frar 2018 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu: “We are a welcoming Europe, let us help!” ( 1 )
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(2)(b), (c) u (d) u tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini ( 2 )
L-ewwel u t-tieni parti tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropea rreġistrata permezz tad-deċiżjoni kkontestata manifestament jaqgħu manifestament barra mill-ambitu tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-għan ta’ implimentazzjoni tat-Trattati. Għal din ir-raġuni, ir-reġistrazzjoni tal-inizjattiva tikser l-Artikolu 4(2)(b) u l-Artikolu 4(3) tar-Reglament (UE) Nru 211/2011. Barra minn hekk, l-ewwel parti tal-inizjattiva hija abbużiva u, konsegwentement, kuntrarja wkoll għall-Artikolu 4(2)(c) tar-Reglament (UE) Nru 211/2011, filwaqt li, fir-rigward tat-tieni parti, jista’ jingħad li din tista’ twassal għal riżultat li jmur kontra l-valuri tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE, u b’hekk tikser ukoll l-Artikolu 4(2)(d) tar-Reglament (UE) Nru 211/2011.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
Id-deċiżjoni kkontestata ma tissodisfax ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-obbligu ta’ motivazzjoni, u għaldaqstant tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit fl-Artikolu 296 TFUE u d-dritt għal amministrazzjoni tajba stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Essenzjalement, id-deċiżjoni kkontestata ma tindika l-ebda motiv li abbażi tiegħu l-Kummissjoni kkunsidrat li, fir-rigward tat-tielet parti tal-inizjattiva, teżisti bażi legali adegwata u kompetenza leġiżlattiva tal-Unjoni, jiġifieri, li r-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 4(2)(b) tar-Reglament (UE) Nru 211/2011 huwa ssodisfatt fir-rigward tar-reġistrazzjoni.
( 1 ) ĠU 2018, L 49, p. 64.
( 2 ) ĠU 2011, L 65, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy