Kawża T-307/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2018 – Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals vs Il-Kummissjoni
C2402018MT5510120180516MT0064551551
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2018 – Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-307/18)2018/C 240/64Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals Co. Ltd (Huzhou City, iċ-Ċina) (rappreżentanti: K. Adamantopoulos u P. Billiet, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla r- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/330 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sa fejn jikkonċerna r-rikorrenti; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li r-Regolament 2018/330 kien adottat mill-Kummissjoni b’mod li jikser materjalment id-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti bi ksur tal-Artikoli 3(2), 16(1), 19(2), 19(4), 20(2), 20(4), 21(5) u 21(7) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Artikoli 3(1), 5(3), 6(1), 6(1)(2), 6(2), 6(4), 6(5)(1), 6(6) u 6(9) tal-Ftehim Antidumping tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni, meta adottat ir-Regolament 2018/330, wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-liġi u tal-fatti billi rrikorriet għall-metodoloġija tal-pajjiż analogu għall-kalkolu tal-valur normali għar-rikorrenti bi ksur tal-Artikoli 1(2), 1(3), 2(a)(1), 2(a)(7) u 11(9) tar-Regolament 2016/1036 kif ukoll tal-Artikoli 2.2 u 6.10.1 tal-Ftehim Antidumping tal-Organizzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). Il-Kummissjoni naqqset milli tipprovdi kwalunkwe raġunijiet għall-applikazzjoni, fil-każ tar-rikorrenti, tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament 2016/1036.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni, meta adottat ir-Regolament 2018/330, wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-liġi u tal-fatti billi adottat kodifikazzjoni tan-Numru tal-Kodiċi tal-Prodott (PCN) ikkonċernat bi ksur tal-Artikoli 2(a)(2), 2(a)(5), 2(a)(6), 6(7), 6(8) u 16(1) tar-Regolament 2016/1036 kif ukoll tal-Artikoli 2(2)(1)(1), 2(2)(2), 2(4) u 2(6) tal-Ftehim Antidumping tal-Organizzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni, meta adottat ir-Regolament 2018/330, wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-liġi u tal-fatti billi l-metodoloġija applikata wettqet distorsjoni tal-marġini tad-dumping tar-rikorrenti bi ksur tal-Artikoli 1(4), 2(a)(6), 2(c)(10), 2(d)(11), 17(1), 17(2) u 18(3) tar-Regolament 2016/1036 kif ukoll tal-Artikoli 2(2), 2(2)(2), 2(4), 2(4)(2), 2(6), 3(6) u 9(2) tal-Ftehim Antidumping tal-Organizzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni, meta adottat ir-Regolament 2018/330, wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-liġi u tal-fatti billi sabet dannu kif ukoll probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu u billi ma vverifikatx kawżalità bi ksur tal-Artikoli 1(1), 1(2), 1(3), 2(d)(12), 2(b)(9), 3(2), 3(3), 3(6), 3(7), 3(9) u 11(1) tar-Regolament 2016/1036 kif ukoll tal-Artikoli 1, 2(1), 2(4)(2), 3(1), 3(5), 3(7) u 9(3) tal-Ftehim Antidumping tal-Organizzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).
Full & Egal Universal Law Academy