Kawża T-308/18: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2018 – Hamas vs Il-Kunsill
C2592018MT4310120180517MT0058431442
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2018 – Hamas vs Il-Kunsill
(Kawża T-308/18)2018/C 259/58Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Hamas (Doha, il-Qatar) (rappreżentant: L. Glock, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/475 tal-21 ta’ Marzu 2018 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1426 (ĠU 2018, L 79, p. 26);
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/468 tal-21 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1420 (ĠU 2018, L 79, p. 7);
sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw il-Hamas, inkluża l-Hamas-Izz al-Din al-Qassem;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-iżbalji mwettqa mill-Kunsill dwar il-korrettezza tal-fatti allegati kontra r-rikorrenti.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-iżball ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Kunsill dwar in-natura terroristika tal-organizzazzjoni Hamas.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ indħil.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni minħabba l-mogħdija taż-żmien ma ttieħditx inkunsiderazzjoni suffiċjentement.
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
7.
Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.
Full & Egal Universal Law Academy