Kawża T-309/18: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2018 – Adis Higiene vs EUIPO – Farecla Products (G3 EXTRA PLUS)
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2018 – Adis Higiene vs EUIPO – Farecla Products (G3 EXTRA PLUS)
(Kawża T-309/18)
2018/C 285/50Lingwa tar-rikors: l-IspanjolPartijiet
Rikorrenti: Adis Higiene, SL (Pozuelo de Alarcón, Spanja) (rappreżentant: M. Sanmartín Sanmartín, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Farecla Products Ltd (Ware, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali G3 EXTRA PLUS – Trade mark tal-Unjoni Nru 15 064 207
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 2134/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 207/2009 moqri flimkien mar-regola 22 tar-Regolament Nru 2868/95;
—
Ksur tal-Artikolu 94, tal-Artikolu 95 u tal-Artikolu 107 tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
—
Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.