Kawża T-311/18: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2018 – Buck vs EUIPO – Unger Holding (BUCK)
C2402018MT5610120180517MT0065561561
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2018 – Buck vs EUIPO – Unger Holding (BUCK)
(Kawża T-311/18)2018/C 240/65Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Društvo za proizvodnju inženjering i usluge Buck d.o.o. (Belgrade, is-Serbja) (rappreżentant: I. Lázaro Betancor, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Unger Holding GmbH (Herne, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva “BUCK” bil-kulur abjad u aħmar – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 218 386 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 1024/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament Nru 2017/1001;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy