Kawża T-315/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2018 – Calvo Gutierrez et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
C2402018MT5810120180516MT0068581592
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2018 – Calvo Gutierrez et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
(Kawża T-315/18)2018/C 240/68Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Maria Graciela Calvo Gutierrez (Alcobendas, Spanja) u 21 rikorrenti oħra (rappreżentanti: R. Vallina Hoset, A. Sellés Marco, C. Iglesias Megías u A. Lois Perreau de Pinninck, avukati)
Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u tikkundannah sabiex jikkumpensa d-dannu subit mir-rikorrenti li jirriżulta mill-azzjonijiet u mill-ommissjonijiet tiegħu li wasslu għat-telf totali tagħhom tal-investiment f’bonds subordinati ta’ BANCO POPULAR ESPAÑOL, S.A.
—
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni sabiex iħallas lir-rikorrenti ammont bħala kumpens għad-dannu materjali u morali subit;
bħala dannu materjali, l-ammont totali ta’ EUR 7570098,78 għall-iżvalutazzjoni ta’ azzjonijiet tal-Banco Popular, maqsum pro rata skont l-azzjonijiet miżmuma minn kull wieħed mr-rikorrenti, kif ġej:
—
María Graciela Calvo Gutiérrez: EUR 8836,67
—
Eric Gancedo Holmer: EUR 35257,42
—
María Graciela Calvo Gutiérrez u Eric Gancedo Holmer: EUR 39358,01
—
Carlos Eric Gancedo Calvo: EUR 7374,19
—
Gabriel Gancedo Calvo: EUR 7062,93
—
Jorge Gancedo Calvo: EUR 8545,24
—
Lucía Gancedo Calvo: EUR 7388,69
—
Manuel Gancedo Calvo:EUR 9472,17
—
José Gancedo Calvo: EUR 7389,45
—
Claudia Sáez de Montagut Gancedo: EUR 763,66
—
Bosco Sáez de Montagut Gancedo: EUR 2879,18
—
Yago Sáez de Montagut Gancedo: EUR 379,16
—
VICA58, S.L.: EUR 265763,84
—
Diana Luisa Gancedo Holmer: EUR 175499,04
—
Guillermo de Zavala Gancedo: EUR 722,47
—
Alfredo de Zavala Gancedo: EUR 718,65
—
Cosme de Zavala Gancedo: EUR 1006,27
—
Bruno de Zavala Gancedo: EUR 689,66
—
María Astrid Gancedo Holmer: EUR 442136,41
—
Marco Gancedo Holmer: EUR 442135,64
—
LOS PRUNOS DEL SETO, S.L.: EUR 6898,14
—
MANUEL GANCEDO, S.A.: EUR 5340911,85
—
EVEDAM INMUEBLES, S.L.: EUR 620238,46
—
GANCEDO Y GONZÁLEZ, S.L.: EUR 138671,57; u
bħala dannu morali, ammont ta’ EUR 7570098,78 jew l-ammont li l-Qorti Ġenerali tqis xieraq li jingħata, maqsum pro rata għal kull wieħed mir-rikorrenti fl-istess proporzjon bħall-ammont li jingħata bħala dannu materjali;
—
iżżid l-ammont dovut bl-interessi moratorji korrispondenti mill-għoti ta’ din is-sentenza sal-ħlas sħiħ tal-ammont dovut, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali;
—
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-659/17, Vallina Fonseca vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ĠU 2017, C 424, p. 42).
Full & Egal Universal Law Academy