Kawża T-321/18: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2018 – Serenity Pharmaceuticals vs EUIPO – Gebro Holding (NOCUVANT)
C2402018MT6110120180518MT0070611611
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2018 – Serenity Pharmaceuticals vs EUIPO – Gebro Holding (NOCUVANT)
(Kawża T-321/18)2018/C 240/70Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Serenity Pharmaceuticals LLC (Milford, Pennsylvania, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Day, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gebro Holding GmbH (Fieberbrunn, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “NOCUVANT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 053 434
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 584/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-27 ta’ Jannar 2018 fl-Oppożizzjoni Nru B 002437922;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil Gebro Holding GmbH għall-ispejjeż tagħhom stess u dawk tar-rikorrenti.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament Nru 2017/1001;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy