Kawża T-323/18: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2018 – Fomanu vs EUIPO – Fujifilm Imaging Germany (Rappreżentazzjoni ta’ farfett)
C2402018MT6120120180522MT0071612622
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2018 – Fomanu vs EUIPO – Fujifilm Imaging Germany (Rappreżentazzjoni ta’ farfett)
(Kawża T-323/18)2018/C 240/71Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Fomanu AG (Neustadt a.d. Waldnaab, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Reichart, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fujifilm Imaging Germany GmbH & Co. KG (Willich, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Nru 5 481 403
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 2241/2016-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn it-trade mark kkontestata tal-Unjoni Ewropea ddekadiet fir-rigward ta’ dawn il-prodotti u servizzi:
Klassi 9: CDs, DVDs, programmi tal-informatika u softwer, b’mod partikolari softwer ta’ skambju, ta’ ħażna, ta’ riproduzzjoni u ta’ ġabra sistematika tad-data.
Klassi 16: prodotti ta’ stampar inklużi fil-klassi 16, bl-eċċezzjoni ta’ prodotti ta’ stampar stampati b’ritratti individwali (b’mod partikolari kotba fotografiċi, kalendarji fotografiċi, tili fotografiċi, puzzles fotografiċi, djarji fotografiċi, fajls fotografiċi);
Klassi 38: provvista ta’ aċċess għal database għat-tniżżil ta’ informazzjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi (internet); trażmissjoni ta’ messaġġi u ta’ immaġni bil-kompjuter.
Klassi 40: Legatura tal-kotba
—
tikkunannda lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) u (2), flimkien mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 207/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
—
Ksur tal-Artikolu 19(1) flimkien mal-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/1430.
Full & Egal Universal Law Academy