Kawża T-325/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2018 – VI.TO. vs EUIPO – Bottega (Forma ta’ flixkun roża)
C2682018MT4010120180528MT0049401412
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2018 – VI.TO. vs EUIPO – Bottega (Forma ta’ flixkun roża)
(Kawża T-325/18)2018/C 268/49Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Vinicola Tombacco (VI.TO.) Srl (Trebaseleghe, l-Italja) (rappreżentant: L. Giove, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sandro Bottega (Colle Umberto, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewoprea (Forma ta’ flixkun roża) – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 309 795
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 1037/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Evalwazzjoni żbaljata tar-raġuni għal rifjut imsemmija fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Evalwazzjoni żbaljata tar-raġuni għal rifjut imsemmija fl-Artikolu 7(1)(e)(i), (ii) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy