Kawża T-331/18: Rikors ippreżentat fil-31 ta Mejju 2018 – Szécsi u Somossy vs Il-Kummissjoni
C2592018MT4620120180531MT0062462472
Rikors ippreżentat fil-31 ta Mejju 2018 – Szécsi u Somossy vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-331/18)2018/C 259/62Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: István Szécsi (Szeged, l-Ungerija) u Nóra Somossy (Szeged) (rappreżentant: D. Lazar, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ HUF 38330542,83 bħala danni;
—
tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti l-interessi fuq is-somma prinċipali dekorribbli mill-20 ta’ April 2016 bir-rata ta’ 11,95 % fis-sena;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motiv li ġej.
Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni wettqet żball billi kisret l-obbligu ta’ sorveljanza tagħha skont l-Artikolu 17 TUE, sa fejn hija ma ħaditx il-miżuri xierqa sabiex tiżgura l-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2005/29 KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u tad-dispożizzjonijiet Ungeriżi ta’ traspożizzjoni rilevanti mill-qrati Ungeriżi.
( 1 ) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU 2005, L 149, p. 22).
Full & Egal Universal Law Academy