Kawża T-333/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2018 – Marry Me Group vs EUIPO (marry me)
C2592018MT4810120180528MT0064481481
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2018 – Marry Me Group vs EUIPO (marry me)
(Kawża T-333/18)2018/C 259/64Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Marry Me Group AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: G. Theado, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “marry me” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 952 468
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 807/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 7(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy