Kawża T-334/18: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2018 – Bodegas Altun vs EUIPO – Codorníu (ANA DE ALTUN)
C2492018MT4310120180531MT0053431442
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2018 – Bodegas Altun vs EUIPO – Codorníu (ANA DE ALTUN)
(Kawża T-334/18)2018/C 249/53Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Bodegas Altun, SL (Baños de Ebro, Spanja) (rappreżentant: J. Oria Sousa-Montes, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Codorníu, SA (Esplugues de Llobregat, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni figurattiva ANA DE ALTUN – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 860 913
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 173/2018-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy