Kawża T-336/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2018 – Eagle IP vs EUIPO – Consolidated Artists (LILLY e VIOLETTA)
C2682018MT4210120180530MT0051421432
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2018 – Eagle IP vs EUIPO – Consolidated Artists (LILLY e VIOLETTA)
(Kawża T-336/18)2018/C 268/51Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Eagle IP Ltd (Valletta, Malta) (rappreżentant: M. Müller, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Consolidated Artists BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “LILLY e VIOLETTA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 723 086
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 1489/2015-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy