Kawża T-338/18: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2018 – Saleh Thabet vs Il-Kunsill
C2592018MT4910120180531MT0066491502
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2018 – Saleh Thabet vs Il-Kunsill
(Kawża T-338/18)2018/C 259/66Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Suzanne Saleh Thabet (il-Kajr, l-Eġittu) (rappreżentanti: B. Kennelly QC, J. Pobjoy, Barrister, G. Martin u C. Enderby Smith, Solicitors)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/466 tal-21 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu u tannulla r-Regolament ta’ Implimetnazzjoni tal-Kunsill (EU) 2018/465 tal-21 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu, safejn dawn japplikaw għar-rikorrenti;
—
tiddikjara li l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 270/2011 tal-21 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu huma inapplikabbli fir-rigward tar-rikorrenti; u
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv jallega li l-Kunsill wettaq żbalji ta’ evalwazzjoni meta qies li kien ġie sodisfatt il-kriterju għall-inklużjoni tar-rikorrenti fl-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni u l-Artikolu 2(1) tar-regolament.
2.
It-tieni motiv jallega li l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni u l-Artikolu 2(1) tar-regolament huma illegali peress li (a) ma għandomx bażi legali valida u/jew (b) jiksru l-prinċipju ta’ proporzjonalità.
3.
It-tielet motiv jallega ksur tad-drittijiet tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 6, moqri flimkien mal-Artikoli 2 u 3 TEU u l-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u dan billi l-Kunsill assuma li l-proċeduri ġudizzjari fl-Eġittu kienu jikkonformaw mad-drittijiet fundamentali.
Full & Egal Universal Law Academy