Kawża T-340/18: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2018 – Gibson Brands vs EUIPO – Wilfer (Forma ta’ kitarra)
C2492018MT4410120180531MT0054441441
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2018 – Gibson Brands vs EUIPO – Wilfer
(Forma ta’ kitarra)
(Kawża T-340/18)2018/C 249/54Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Gibson Brands, Inc. (Nashville, Tennessee, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: K. Hughes, Solicitor, A. Renck u C. Stöber, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hans-Peter Wilfer (Markeneukirchen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (Forma ta’ kitarra) –Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 9 179 953
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedura ta’ annullament
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 415/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell jekk tintervjeni fil-kawża, għall-ispejjeż
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 52(2) flimkien mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy