Kawża T-343/18: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2018 – Tokin Corporation vs Il-Kummissjoni
C2942018MT5010120180603MT0064501501
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2018 – Tokin Corporation vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-343/18)2018/C 294/64Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tokin Corporation (Sendai, il-Ġappun) (rappreżentanti: C. Thomas, T. Yuen u M. Perez, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla l-Artikolu 2(f) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 1768 tal-21 ta’ Marzu 2018 sa fejn timponi multa ta’ EUR 5036000 fuq Tokin Corporation in solidum ma’ NEC Corporation;
—
tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq Tokin Corporation fl-Artikolu 2(f) ta’ din id-deċiżjoni, in solidum ma’ NEC Corporation;
—
tannulla l-Artikolu 2(g) ta’ din id-deċiżjoni sa fejn timponi multa ta’ EUR 8814000 fuq Tokin Corporation;
—
tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq Tokin Corporation fl-Artikolu 2(g) ta’ dik id-deċiżjoni;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003 ( 1 ) u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament peress li bbażat fuq l-2011 u l-2012 bħala l-perijodu ta’ riferiment għad-determinazzjoni tal-valur tagħha tal-bejgħ.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003 u l-prinċipju ta’ responsabbiltà personali billi applikat tnaqqis tal-ammont bażiku tal-multa minħabba ċirkustanzi attenwanti, minflok ma tnaqqas il-koeffiċjent tal-gravità użat sabiex tikkalkula l-ammont bażiku, fir-rigward ta’ aspett tal-ksur li għalih ir-rikorrenti instab li kienet responsabbli.
( 1 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)
Full & Egal Universal Law Academy