Kawża T-344/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2018 – Rubycon u Rubycon Holdings vs Il-Kummissjoni
C2942018MT5110120180604MT0065511511
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2018 – Rubycon u Rubycon Holdings vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-344/18)2018/C 294/65Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Rubycon Corp. (Ina, il-Ġappun) u Rubycon Holdings Co. Ltd (Ina) (rappreżentanti: J. Rivas Andrés, A. Federle u M. Relange, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 1768 finali tal-21 ta’ Marzu 2018, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE fil-Każ AT.40136 – Kondensers – sa fejn tikkonċerna lil Rubycon, b’mod partikolari l-Artikolu 1(h), l-Artikolu 2(k), l-Artikolu 2(l) u l-Artikolu 4;
—
tordna tnaqqis sostanzjali tal-multa imposta fuq Rubycon skont l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata għal livell li ma jkunx diskriminatorju u tiġi ppremjata l-livell ta’ kooperazzjoni ta’ Rubycon;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi minħabba r-rifjut tal-Kummissjoni li tagħti lil Rubycon il-benefiċċju ta’ “immunità parzjali” taħt il-punt 26 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell ( 1 ) minħabba l-gravità ikbar tal-ksur.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex motivata b’mod suffijċjenti u hija vvizzjata bi żball ta’ liġi rigward il-konklużjoni tal-Kummissjoni li ma tiddevjax mil-Linji Gwida dwar il-metodu għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 ( 2 ) u li ma tagħtix lil Rubycon tnaqqis supplimentari tal-multa bi ksur tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar il-proporzjonalità u l-ugwaljanza fit-trattament u l-prinċipju li l-penalitajiet għandhom ikunu speċifiċi għal min jikkommetti l-ksur u għall-ksur.
( 1 ) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (ĠU 2006, C 298, p. 17).
( 2 ) Linji Gwida dwar il-metodu għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (ĠU 2006, C 201, p. 2).
Full & Egal Universal Law Academy