Kawża T-347/18: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2018 – Laboratoire Pareva u Biotech3D vs Il-Kummissjoni
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2018 – Laboratoire Pareva u Biotech3D vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-347/18)
2018/C 285/53Lingwa tal-kawża: l-IngliżPartijiet
Rikorrent: Laboratoire Pareva (Saint Martin de Crau, Franza) u Biotech3D Ltd & Co. KG (Gampern, l-Awstrija) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u S. Englebert, lawyers)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/613 ( 1 ) tal-20 ta’ April 2018, li japprova l-PHMB (1415; 4.7) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 4 bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 ( 2 ) (l-“att ikkontestat”); u
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrent jinvokaw tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-337/18, Laboratoire Pareva vs Il-Kummissjoni.
( 1 ) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/613 tal-20 ta’ April 2018 li japprova l-PHMB (1415; 4.7) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 4 (ĠU 2018, L 102, p. 1)
( 2 ) Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU 2012, L 167, p. 1).