Kawża T-350/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Euronet Consulting vs Il-Kummissjoni
C2592018MT5020120180605MT0068502512
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Euronet Consulting vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-350/18)2018/C 259/68Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Euronet Consulting EEIG (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Peeters u R. van Cleemput, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta adottata f’data mhux magħrufa, ikkomunikata lir-rikorrenti b’ittra tas-26 ta’ Marzu 2018, li tiċħad l-offerta tagħha għal-lott Nru 2 tal-kuntratt pubbliku EuropeAid//138778/DH/SER/Multi – Kuntratt qafas għall-implimentazzjoni ta’ għajnuna esterna 2018 (FWC SIEA 2018), u li talloka l-kuntratt lil għaxar offerenti oħra;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li grupp legali wieħed kien irrappreżentat darbtejn f’lott wieħed.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li persuna legali waħda aġixxiet darbtejn bħala kap ta’ konsorzju u tliet darbiet bħala membru ta’ konsorzju.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li grupp legali wieħed kien irrappreżentat f’iktar minn żewġ lottijiet.
4.
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li grupp legali wieħed aġixxa bħala kap f’iktar minn żewġ lottijiet.
Full & Egal Universal Law Academy