Kawża T-351/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Ukrselhosprom PCF and Versobank vs BĊE
C2942018MT5120120180605MT0066512522
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Ukrselhosprom PCF and Versobank vs BĊE
(Kawża T-351/18)2018/C 294/66Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ukrselhosprom PCF LLC (Solone, l-Ukrajna) u Versobank AS (Talinn, l-Estonja) (rappreżentanti: O. Behrends, L. Feddern u M. Kirchner, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ECB/SSM/2018-EE-1 WHD-2017-0012, tas-26 ta’ Marzu 2018, li tirtira l-liċenzja bankarja ta’ Versobank AS;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħdax-il motiv.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza tal-BĊE għall-finijiet ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni li tirrigwarda l-likwidazzjoni ta’ Versobank AS.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-BĊE ma għamilx l-analiżi tiegħu tal-kwistjonijiet bażillari dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus tal-kapitali (LBC) u l-finaznjament tat-terroriżmu (FT).
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-BĊE la eżamina u lanqas evalwa b’attenzjoni u b’mod imparzjali l-provi kollha ta’ fatt, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda r-riskji LBC/FT u l-osservanza tad-dispożizzjonijiet applikabbli.
4.
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-BĊE ċaħad b’mod żbaljat possibbiltajiet oħra, b’mod partikolari dik tal-bejgħ ta’ Versobank jew dik li jagħżel il-likwidazzjoni volontarja.
5.
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.
6.
Is-sitt motiv huwa bbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
7.
Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-prinċipji tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.
8.
It-tmien motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-BĊE wettaq użu ħażin tal-poter.
9.
Id-disa’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tad-dritt tas-smigħ.
10.
L-għaxar motiv huwa bbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tad-drittijiet tad-difiża.
11.
Il-ħdax-il motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-BĊE ma mmotivax b’mod suffiċjenti d-deċiżjoni.
Full & Egal Universal Law Academy