Kawża T-353/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2018 – Promeco vs EUIPO Aerts (oġġetti ta’ fuq il-mejda)
C2592018MT5110120180528MT0069511522
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2018 – Promeco vs EUIPO Aerts (oġġetti ta’ fuq il-mejda)
(Kawża T-353/18)2018/C 259/69Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Promeco NV (Kortrijk, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Hartwig u A. von Mühlendahl, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aerts NV (Geel, il-Belġju)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 218 193-0010
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Estiż tal-EUIPO tas-16 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 459/202016-G
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad l-appell ippreżentat minn Aerts NV kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Invalidità tal-EUIPO tat-8 ta’ Jannar 2016, Każ ICD 9842;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri, inkluż għal dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell Estiż;
—
f’każ li Aerts tintervjenti fil-kawża, tikkundannaha għall-ispejjeż tal-proċeduri, inkluż għal dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell Estiż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 25(1) moqri flimkien mal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy