Kawża T-357/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2018 – Luz Saúde vs EUIPO – Clínica La Luz (HOSPITAL DA LUZ)
C2682018MT4710120180608MT0057471482
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2018 – Luz Saúde vs EUIPO – Clínica La Luz (HOSPITAL DA LUZ)
(Kawża T-357/18)2018/C 268/57Lingwa tar-rikors: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Luz Saúde SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: G. Gentil Anastácio, u P. Guerra e Andrade, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Clínica La Luz, SL (Madrid, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea HOSPITAL DA LUZ – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 791 495
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ April 2018 fil-Każ R 2084/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata li ċaħdet parzjalment ir-reġistrazzjoni tat-trade mark tar-rikorrenti li hija s-suġġett tal-proċedimenti inkwistjoni, tbiddilha u tippermetti r-reġistrazzjoni;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy