Kawża T-358/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2018 – J. García Carrión vs EUIPO – Codorníu (JAUME CODORNÍU)
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2018 – J. García Carrión vs EUIPO – Codorníu (JAUME CODORNÍU)
(Kawża T-358/18)
2018/C 276/83Lingwa tar-rikors: l-IspanjolPartijiet
Rikorrenti: J. García Carrión, SA (Jumilla, Spanja) (rappreżentant: E. Arsuaga Santos, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Codorníu, SA (Esplugues de Llobregat, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “JAUME CODORNÍU” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 543 599
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ April 2018 fil-Każ R 451/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-trade mark Nru 14 543 599 fil-klassi 33;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.