Kawża T-359/18: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2018 – Unifarco vs EUIPO – GD Tecnologie Interdisciplinari Farmaceutiche (TRICOPID)
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2018 – Unifarco vs EUIPO – GD Tecnologie Interdisciplinari Farmaceutiche (TRICOPID)
(Kawża T-359/18)
2018/C 276/84Lingwa tar-rikors: it-TaljanPartijiet
Rikorrenti: Unifarco SpA (Santa Giustina, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani u J. Graffer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: GD Tecnologie Interdisciplinari Farmaceutiche Srl (Ruma, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “TRICOPID” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 287 056
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 2150/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u l-parti l-oħra għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell tal-EUIPO.
Motivi invokati
—
Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 47(2)(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001;
—
Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001.