Kawża T-361/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2018 – APEDA vs EUIPO – Burraq Travel & Tours General Tourism Office (SIR BASMATI RICE)
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2018 – APEDA vs EUIPO – Burraq Travel & Tours General Tourism Office (SIR BASMATI RICE)
(Kawża T-361/18)
2018/C 276/85Lingwa tar-rikors: l-IngliżPartijiet
Rikorrenti: Agricultural and Processed Food Products Export Development Authority (APEDA) (New Delhi, l-Indja) (rappreżentant: N. Dontas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Burraq Travel & Tours General Tourism Office SA (Ateni, il-Greċja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “SIR BASMATI RICE” – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 102 454
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedura ta’ annullament
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 90/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, ħlief sa fejn tirrigwarda “sagu” u “ross artifiċjali [mhux imsajjar]” koperti mit-trade mark tal-Unjoni kkontestata fil-Klassi 30;
—
tiddikjara li t-trade mark tal-Unjoni hija invalida fit-totalità tagħha;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti matul il-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali, il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fuq ir-raġuni assoluta għal invalidità/rifjut fir-rigward ta’ qerq;
—
Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar ir-raġuni assoluta għal invalidità fir-rigward tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni b’mala fide;
—
Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar ir-raġuni assoluta għal invalidità/rifjut fir-rigward tal-karattru deskrittiv;
—
L-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-immotivar suffiċjenti tad-deċiżjonijiet tal-EUIPO.